Il-kantanta u stilista tax-xagħar Maria Luana għadha kif tefgħet messaġġ fuq il-profil tagħha li fih qed tappella lis-segwaċi tagħha u lill-pubbliku inġenerali biex jagħti l-għajnuna tiegħu għal persuna li tant tispira nies bil-kontenut tagħha. Din mhi ħadd ħlief Jeanesse Abela, li bħalissa qed titlob xi donazzjonijiet biex tixtri siġġu tar-roti ġdid, b'mod speċjali ħalli tkun tista' taħdem aħjar waqt xogħolha.

Maria tikteb li , "Insegwi ħafna Influencers u ngħid id-dritt ħafna minnhom jolqtuni f'ħafna affarijiet, pero tfajla li lili żgur iġġibni f’sensija u tgħini nħares lejn il ħajja bl-iktar mod pożittiv hi Jeanesse Abela!" Kif ħafna jafu dan hu minnu, hekk kif Jeanesse minkejja d-diżabilità tagħha, xorta tħares lejn il-ħajja b'kuraġġ u tama, u anke meta tkun għaddejja minn tbatija, il-kontenut tagħha tant jgħin lis-segwaċi tagħha jkunu pożittivi. 

Maria tħeġġeġ lill-pubbliku biex permezz tad-donazzjonijiet tagħha jgħinu lil Jeanesse tixtri s-siġġu tar-roti li jiswa €4,500. Ħalliet anke d-dettalji fejn tistgħu tagħtu d-donazzjoni tagħkom. Dawn huma d-dettalji:

Revolut: 7982 8787

IBAN: iMT03VALL22013000000010754262016

Prosit lil Maria talli qed ixxerred appell għal ġest tant nobbli u minn qalbna nixtiequ li Jeanesse tirċievi l-għajnuna kollha possibbli.


Kyle Zarb