Tfajla li kienet qed tgħix f’appartament tal-kiri flimkien ma’ sħabha ġiet immultata €200 wara li tat review ħażin lil appartament li qadet fih.

Il-kumpanija ta’ dan l-appartament fetħet kawża fil-Qorti kontra din it-tfajla u talbet għall-kumpens minħabba l-fatt li din tat review negattiv lil appartament. Jidher li f’dan l-appartament kien hemm xi ħsara u l-kumpanija żammet lil din it-tfajla responsabbli u t-tfajla ċaħdet dan u heddet lil kumpanija li tagħtiha review ħażina.

Hi hekk għamlet u għalhekk il-kumpanija telletgħha l-qorti wara li dan l-appartament ma baqax jidher fuq l-ewwel faċċata tas-sit li n-nies jibbukjaw diversi postijiet fuqu.


Henzley  Bezzina