Il-preżentattriċi Tezara, magħrufa aħjar bħala Tez fuq l-istazzjoni tar-radju XFM għadha kif iżżewġet lil David! Uħud taf jiftakru lil Tezara fuq il-programm L-Isfida jew fuq l-istazzjonijiet lokali bħala attriċi. Il-karattru vivaċi u spontanju tagħha dejjem jispikka u l-filmati t’hawn taħt żgur huma xhieda ta’ dan.

View this post on Instagram

A post shared by Tezara Saliba (@teziiiiiiiii) on

Madwar ġimgħatejn ilu, Tezara inagħqdet fis-sagrament taż-żwieġ flimkien ma’ David. Mill-filmat li tistgħu isegwu hawn taħt jidher biċ-ċar li l-koppja kellhom ġurnata mill-aqwa fejn ħadu gost u ċċelebraw mal-familjari u l-ħbieb tagħhom bl-aqwa mod possibli. Saħansitra użaw il-famuża tal-linja s-safra u kulħadd rikeb fuqha! Ir-relazzjoni ħelwa tal-koppja ħarġet biċ-ċar anke b’ċajt ħelu bejniethom, inkluż fil-ħin li qed jgħidu l-famuża kliem tas-signor si!

Tez & David Wedding Trailer from Kurt Cauchi on Vimeo.

Kif tistgħu taraw ma naqsitx il-logħba ta’ Mr & Mrs fost ħafna daħk minn dawk preżenti! Tezara preparat sorpriża ħelwa għar-raġel tagħha, fejn iddeċidiet li tkantalu kanzunetta li kitbet hi stess. Ilbieraħ inkwiet lis-segwaċi tagħha ta’ Instagram b’filmat tagħha tkanta biċċa minn din il-kanzunetta. Milli jidher il-kanzunetta niżlet tant tajjeb li uħud mill-mistednin għadhom qed ikantawha, wara ftit aktar minn ġimgħatejn wara.

View this post on Instagram

A post shared by XFM 100.2 (@xfm100.2) on

Naħseb dan il-filmat qed jgħin lil dawk li kienu preżenti jgħixu mill-ġdid dak il-mument li nissel tbissima ħelwa fuq fomm kulħadd! Ħaġa toħroġ evidenti minn dawn iż-żewġ filmati, jekk il-koppja tieħu gost, il-mistednin ħa jieħdu gost u jkomplu jallegraw it-tieġ magħhom. Il-koppja użaw #salibawedding biex il-mistednin jixħtu r-ritratti b’dik il-hashtag u numru ta’ mistiedna obdewhom. Wieħed jista' jkompli jara kemm kien il-mistiedna verament ħadu gost!

Instagram / Tezara Saliba


Emil Calleja Bayliss