Tezara, magħrufa ma' ħafna bħala Tez kif tafu għadha kif iżżewġet ftit tal-ġimgħat ilu u milli jidher diġà ġiet ibbumbardjata bl-istess mistoqsija li ħafna u ħafna semgħu xi darba jew oħra. Meta ħa jkollok it-tfal?

Tezara tagħmilha ċara li wieħed għandu jieqaf isaqsi għax qatt ma tista' tgħid minn xiex inhi għaddejja dik il-koppja. Hemm min jieħdu d-deċiżjoni li ma jkollux tfal, filwaqt li hemm oħrajn li jew ma jistgħux ikollhom tfal jew inkella għadhom qed jipprovaw.

Hi x'inhi s-sitwazzjoni mhi affari ta' ħadd ħlief tal-koppja u dan il-messaġġ li tixtieq twassal Tezara. Hi tgħid li għalissa mhux qed tippjana għat-tfal u ma tixtieqx li n-nies jibqgħu jistaqsu dwar dan is-suġġett!

Ngħiduha kif inhi... ma tantx ilhom miżżewġin hi u David, u anqas li kieku ilhom ħafna! Mhux affarihom x'jagħmlu u ma jagħmlux!

Instagram / Tezara Saliba


Emil Calleja Bayliss