It-tewmin Timothy u Lydia Ridgeway twieldu 30 sena wara li ġew iffriżati bħala embrijuni fl-1992, u ommhom twieldet fl-1989 jiġifieri teknikament din tiġi biss 3 snin ikbar minn uliedha. L-omm ta’ 6 Kienet sorpriża u kuntenta fl-istess ħin meta saret taf b’dan il-fatt.

Il-ġenituri bijoloġiċi tat-tewmin kienu taw l-embrijuni tagħhom stess bħala donazzjoni wara li dawn għaddew mill-proċess tal-IVF, fejn għal 30 sena sħaħ kienu ffriżati ma’ eluf ta’ embrijuni oħra.

Il-ġenituri tat-tewmin li huma Kristjani qalu li t-twemmin tagħhom kien li nsiprahom biex jagħmlu dan u infatti l-embrijuni kienu għand ċentru Kristjan li jgħin biss lil koppji eterosesswali u jridu jkunu ilhom miżżewġin għal tlett snin.

Facebook/FOX8


Charlton Cefai