Ħanut lokali ser ikun jiġbor fondi għaċ-ċkejkna Tessa, li nstab li għandha l-kundizzjoni rari, Nemaline Myopathy. Din il-kundizzjoni ġenetika teħtieġ terapija partikolari li tiswa ħafna flus, l-eluf. Għaldaqstant il-ħanut lokali BELL'una Beauty Bar by Rebecca qed iħeġġeġ lill-pubbliku biex jagħti d-donazzjoni tiegħu.

"Bħalissa m'hemm l-ebda kura għal din il-kundizzjoni, allura Tessa teħtieġ sessjonijiet terapewtiċi frekwenti biex ikun jista' jkollha ħajja aħjar u aktar komda. Ovvjament, kif wieħed jista' jimmaġina, dawn is-sessjonijiet jiswew l-eluf ta' flus, u hawn fejn nidħlu aħna."

Matul ix-xhur li ġejjin, Tessa ser tkun qed tirċievi dawn it-terapiji. Bejn l-4 u t-8 ta' Novembru, Tessa ser ikollha Kinetic Therapy f'Malta stess. Bejn il-25 ta' Novembru u t-8 ta' Diċembru, ser ikollha trattament minn ADLEI Medical Centre fl-Islovakkja.

Apparti minn hekk bejn il-31 ta' Diċembru u l-24 ta' Jannar 2025, ser ikollha sessjonijiet ġewwa HOPE Medical Centre, f'Dubaj.  

"Tista' jew tagħti donazzjoni waqt li tkun tixtri l-kura tagħna fis-salon, jew tista' tikkuntattjana direttament fuq il-midja soċjali tagħna. Wara d-donazzjonijiet ġenerużi tiegħek, ismek jiġi rreġistrat, u fl-aħħar ta’ Diċembru, jittellgħu r-rebbieħa xxurtjati."

Xerrdu dan l-avviż biex kemm jista' jkun Tessa tirċievi donazzjonijiet u għajnuna!


Kyle Zarb