Il-personalità Maltija Terry Muscat hija magħrufa għall-opinjonijiet politiċi u personali tagħha. Hija tikkomunika ħafna mas-segwaċi tagħha permezz tal-midja soċjali, u llum ma naqasx.

“Illum bagħtu għalija biex nagħti sehemi u noħroġ għall-Kunsill ta’ Bormla.” Bdiet billi kitbet Terry, u staqsiet lis-segwaċi tagħha għal parir: “Intom triduni nirrapreżentakom f'isem Bormla?”. Ħafna awguraw lil Terry, u esprimew is-sapport tagħhom lejn l-idea ta’ Terry fil-Kunsill ta’ Bormla, fis-sezzjoni tal-kummenti. Kien hemm bosta pariri li tawha ukoll, fosthom dawk li qalulha tikkontesta bħala kandidata indipendenti.

Nawgurawlha suċċess fid-deċiżjoni li ser tagħmel!

facebook / @Terry Muscat @Bormla local council


Nicole Zammit