Il-mudella li rebħet Miss Italia Nel Mondo fl-1998 minn fost bosta kontestanti minn madwar l-Ewropa kollha, Claudia Calleja tinsab f’Ruma fejn tidher li hi għal qalbha flimkien ma’ ommha u oħtha Alexia.

Claudia hija isem magħruf fost iċ-ċelebritajiet Maltin li għamlet ukoll isem barra minn xtutna. Ippreżentat bosta programmi televiżivi u organizzat ukoll tant attivitajiet relatati mal-moda. Fosthom Miss World Malta flimkien mal-mudella Sue Rossi.

Hija omm ta’ erbat t’itfal; tliet subien u tifla. Hija mara ta’ karriera iżda umli u ma tibdel xejn mument familjari speċjalment dak m’ommha kif jixhed dan ir-ritratt.

Ħu gost Claudia u ibqa’ tbissem!

Ritratt: Facebook/Claudia Calleja


Clifford Galea