Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward dak li għandna nistennew mit-temp ta’ għada t-Tlieta għaxra ta’ Diċembru.
Huma qalu, “Temp previst għal għada it-Tlieta mistenni jkun ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kultant u b'riħ Ilbiċ forza 4. Temperatura l-għola tmiss id-19 °C u l-inqas it-12°C.”
Komplew billi żiedu jgħidu, “Xita fil-gżejjer Maltin mill-ewwel ta’ Settembru medja ta' 141. 2 mm. L- aktar li ħa xita llum kien iċ-ċentru ta' Malta b’medja ta’ 3.4mm u l-anqas Għawdex 0.2mm.”