Ftit ġimgħat ilu, Teatru Malta flimkien ma’ seba’ teatri oħra stabbiliti Ewropej nedew uffiċċjalment il-proġett internazzjonali Drama of Smaller European Languages (DoSEL), parti mill-programm Creative Europe, kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea.
Din l-inizjattiva għandha l-għan li żżid ir-rikonoxximent internazzjonali u l- aċċessibbiltà ta’ xogħlijiet drammatiċi oriġinarjament miktuba f’lingwi Ewropej iżgħar u li tħeġġeġ ir-rapreżentazzjoni aktar frekwenti tagħhom.
Waqt it-tnedija tal-istaġun ħarifa/xitwa ta’ Teatru Malta, id-Direttur Artistiku tal- kumpanija Sean Buhagiar esprima l-apprezzament tiegħu għal din l-inizjattiva u l- opportunità ppreżentata lil Teatru Malta bħala sħab ewlenin f’dal-proġett. “Bħala Direttur Artistiku ta’ Teatru Malta, jien kburi ħafna li aħna parti minn proġett li jonora lingwi bħal tagħna, żgħar imma qawwija, reżiljenti iżda fraġli. Il-Malti mhux lingwa biss; hija t-taħbit tal-qalb tagħna, l-identità tagħna, l-istorja tagħna. Permezz tat- teatru, nistgħu nagħtuha vuċi u vitalità kontemporanja, u niżguraw li tkompli tinħass tul il-ġenerazzjonijiet. F’dan il-proġett, insibu solidarjetà ma’ oħrajn li jiġġieldu għal- lingwi tagħhom, u permezz tat-traduzzjoni, nibnu pontijiet u naqsmu l-istejjer. Wara kollox il-lingwa hija storja, u t-teatru huwa l-eku tiegħu,” qal Buhagiar.
Il-fatt li Teatru Malta, il-kumpanija nazzjonali tat-teatru, hija parti minn proġett li jonora l-ilsien tagħna flimkien ma’ oħrajn li jiffaċċjaw ġlidiet simili huwa kemm sinifikanti kif ukoll mimli tama. L-istatus tal-Malti bħala lingwa iżgħar mhuwiex definit mid-daqs tiegħu biss, iżda mill-vitalità dejjiema tiegħu - hekk kif baqa' ħaj wara bosta kolonizzaturi. Għal snin twal meqjus bħala lingwa tal-kċina, nieqes minn rikonoxximent akkademiku, studju formali, u regoli stabbiliti, issa jżomm postu fi ħdan nazzjon li din is-sena jimmarka 60 sena ta' Indipendenza u 50 sena bħala Repubblika. “Aħna mmexxija minn missjoni profonda: li nissalvagwardjaw il-futur tal-lingwa tagħna, li niddefendu r-rikkezza tagħha, in-narrattiva tagħha, u l-futur tagħha permezz tal-qawwa trasformattiva tat-teatru u t-traduzzjoni,” stqarr Buhagiar.
Il-proġett DoSEL oriġina sentejn ilu bħala parti mill-kooperazzjoni internazzjonali tal- festival The Week of Slovenian Drama (WSD), bl-appoġġ min-netwerk internazzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea tat-Teatru (ETC). Din is-sena, wara applikazzjoni kollettiva ta’ suċċess, irċevejna fondi Ewropej mill-programm Creative Europe għal proġett ta’ sentejn. Dan jirrappreżenta t-twettiq u l-aġġornament tal- isforzi li ilhom għaddejjin mill-festival biex tespandi l-preżenza internazzjonali tad- drama Maltija u tespandi l-Malti lil hinn mill-fruntieri nazzjonali.
Il-proġett DoSEL se jiġi implimentat permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ seba’ organizzazzjonijiet kulturali Ewropej stmati oħra, inkluż it-Teatru Arriaga Antzokia bil-Bask u Sala Beckett bil-Katalan minn Spanja, it-Teatru Nazzjonali Kroat f’Zagreb bil-Kroat, l-Aġenzija Teatrali Estonjana bl-Estonjan, it-Teatru Nazzjonali tal-Kosovo bl-Albaniż, it-Teatru Nazzjonali Ivan Vazov bil-Bulgaru, u t-Teatru Prešeren Kranj fis-Slovenja bis-Sloven.
L-attivitajiet tal-proġett se jinkludu traduzzjoni ta’ drammi f’workshops ta’ traduzzjoni u residenzi artistiċi, li juru wirjiet f’lingwi Ewropej iżgħar fuq żewġ pjattaformi teatrali. L-ewwel waħda se ssir fl-2025, bħala parti mill-programm internazzjonali tal-55 Ġimgħa tad-Drama Slovena f’Marzu fi Kranj fis-Slovenja, bi preżentazzjonijiet fit- Teatru Nazzjonali Kroat f’Zagreb. Malta se tospita t-tieni pjattaforma, Festival Internazzjonali tat-Teatru f’April 2026, taħriġ u riċerka sperimentali dwar id-drama kontemporanja Ewropea, kif ukoll preżentazzjonijiet ta’ drammi u drammaturgi f’diversi laqgħat u festivals internazzjonali. Aktar minn 200 drammaturgu, tradutturi, artisti u ħaddiema kulturali oħra se jipparteċipaw fil-proġett.
Sa tmiem il-proġett, se nippubblikaw ġabra ta’ 24 il-traduzzjoni ġdida ta’ drammi miktuba bl-Isloven, bil-Malti, bil-Katalan, bil-Bask, bil-Kroat, bl-Estonjan, bil-Bulgaru u bl-Albaniż f’lingwa ewlenija Ewropea (Ġermaniż, Franċiż, jew Ingliż) u waħda bl- lingwa oħra Ewropea iżgħar. Dawn id-drammi se jsiru wkoll parti minn kollezzjoni ta’ drama Ewropea kontemporanja, miġbura u kkurata bl-appoġġ tan-netwerk tal- Konvenzjoni Ewropea tat-Teatru.
Nittamaw li l-proġett DoSEL, li se jibqa’ għaddej sal-aħħar ta’ Ottubru 2026, huwa biss il-bidu ta’ kooperazzjoni internazzjonali fit-tul biex tippromwovi kitba drammatika f’lingwi Ewropej iżgħar.
Aktar informazzjoni dwar il-proġett hija disponibbli fuq il-websajt il-ġdida tagħna, www.dosel.eu. Għal dikjarazzjonijiet u informazzjoni dwar attivitajiet tal-proġett, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq [email protected]