Illum jaħbat jum għeluq snin omm il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr. Bernard Grech, u għall-okkażjoni ħa ħsieb jippreparalha versi mill-qalb.

F'din is-silta Dr. Grech isemmi l-fatt li minkejja s-sitwazzjoni f'pajjiżna u r-restrizzjonijiet li hemm biex inżommu lill-anzjani siguri, ommu xorta tbismitlu meta mar jawguralha. 

"Illum xħin awgurajtlek, Tbissimtli, Minkejja l-età, Minkejja li msakkra, Minkejja li ma stajtx ngħannqek minn wara l-perspex, 90 sena ta' perseveranza, ta' passjoni, imħabba, għożża, servizz. Int nammartni mar-rispett, għallimtni nistinka xelliltli t-triq 'il quddiem."

Dr. Grech jgħidilha li ma setgħax ikun qrib tagħha iktar minn hekk għax huwa dmir tiegħu u tal-poplu kollu li naraw li l-anzjani tagħna jkunu protetti. Nies bħal ommu huma dawk li "welldulna nazzjon".

Minn qalbna nawguraw lil omm Dr. Grech l-isbaħ xewqat!

Facebook/ Bernard Grech


Kyle Zarb