Il-paġna ‘Maltese Islands Weather’ ippubblikat “tbassir tat-temp dettaljat għall-Ġimgħa 10 ta’ Jannar”.

Jidher li t-temp se jkun il-biċċa l-kbira xemxi. L-ogħla temperatura se tkun 18 -il grad ċelsju filwaqt li ħa tinżel l-iktar għal 13 -il grad ċelsju iżda tinħass 9 grad ċelsju. Ir-riħ se jkun Punent forza 4 għal 5 sa sbieħ il-jum, li jsir Punent Majjistru mal-jum u jitqawwa sabiex isir Forza 6 għal 7 kultant. Ix-xita prevista hi 0 mm filwaqt li l-Indiċi UV hija biss 2 ġifieri se tkun baxxa.

Il-baħar se jkun ħafif għall-moderat u d-direzzjoni tal-mewġ se tkun Punent Majjistru. L-għola medju tal-mewġ se jkun 0.9 metri għal 2 metri.

Facebook / Maltese Islands Weather


Gabriella Borg