Omm qasmet l-istorja ta' dak li ġralu binha lbieraħ filgħaxija. Hi kitbet fuq il-midja soċjali biex titlob l-għajnuna wara li binha allegatament ġie msawwat minn uffiċjali tal-pulizija ġo vann. Hi qasmet ukoll ritratt ta' ġuvni bi tbenġil fuq dahru.
L-omm tikteb u tistaqsi, "Puluzija li kienu xogħol Paceville lbieraħ daħluh ġol-vann u tgħidx kemm tawh għax nesa l-maskra, hemm multa u naqbel imma mhux biċċruh... din hi l-liġi?"
Hi tkompli billi tagħmel appella, :Min jista' jgħinni jekk joġgħobkom, x'għandi nagħmel? Dan il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegha u nofs ta' dalgħodu."
Terry f'kumment fuq il-midja soċjali appellat għall-għajnuna wkoll u qalet, "Il-maġġoranza tal-uffiċjali żgur ma jagħmlux dan, ejja naraw jekk il-pulizija toħroġx dikjarazzjoni."