L-ewwel programm ta’ Xarabank, Il-Ġimgħa, l-4 t’April 1997, kien ixxandar live mil-lecture theatre tal-Universita ta’ Malta. Kien fuq il-familja fejn kien mistieden gay u tkellem. Tistaw tobsru li dak iż-żmien kienet xi ħaġa kbira.

xarabank

xarabank

Xarabank kellu jsir għal skeda waħda ta’ 13-il programm  sa Ġunju, iżda llum il-ġurnata għalaq 23 sena! Dak iż-żmien kien isir bl-outside broadcasting unit tal-PBS.

xarabank

It-tim tal-produzzjoni kien wieħed li għaqqad Peppi minn studenti li kienu jistudjaw flimkien it-tieni sena communications l-Universita, flimkien ma’ James Debono, Vince Fabri, Joe Debono u James Bondin.

xarabank

Dwar il-programmi, PJ qal: “Tal-Vatikan żgur wieħed minnhom. Pero kull wieħed li għamilna differenti - kull pajjiz li morna, kull investigazzjoni li għamilna, kull storja li segwejna. U saret ġustizzja. Aħna dejjem irraġunajna li dejjem ridna nagħmlu l-aħjar programm possibbli u malli nlestuh nibdew nkissru moħħna kif se nagħmlu wieħed aħjar il-ġimgħa ta’ wara…”


Nicole Barbara