Il-fotografu Brent Kore ġibed ritratt mill-qrib tal-istilla u rapper ta' fama mondjali, Drake, b'tattoo eżatt ftit 'il fuq ta' għajnejh tal-lemin, li tinqara "Miskeen".

Tixbah lill-kelma Maltija “Miskin” li tqanqal kurżità dwar it-tifsira tagħha. Għalkemm mhuwiex ċar xi tfisser "miskeen" għal Drake, huwa terminu użat kemm bl-Għarbi, bl-Amhariku kif ukoll bil-Malti. 

Il-kelma hija wkoll meqjusa ġewwa Toronto skont ir-Rivista tal-Università ta' Toronto, li tissuġġerixxi li t-tattoo hi maħsuba biex tagħti ġieħ lil raħal twelidu.

Magħruf għall-kollezzjoni estensiva tiegħu ta’ tattoos, Drake żied din mal-kollezzjoni tiegħu.


Kyle Zarb