Il-paġna ta’ Facebook It-Temp Madwarna kompliet bl-aġġornament dwar il-maltemp li ġie mbassar għall-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Marija, fil-perjodu ta’ bejn id-9 u l-14 ta’ Awwissu.   

Huma kitbu li “Kulma jmur aktar qegħda tikber il-fiduċja fi tbassir ta’ xita jew maltempati iżolati fil-perjodu bejn id-9 u l-14 t’Awwissu”, filwaqt li taw ir-raġuni għaliex qed jgħidu dan. 

Ser tkun qed tifforma dik i tissejjaħ “cold pool fiċ-ċentru tal-Mediterran, li se tiffavorixxi l-iffurmar tal-għarixa u toħloq instabilità atmosferika” u dan għaliex il-pressjoni għolja fit-Tramuntana tal-Ewropa “se tidderieġi kurrenti friski f’livelli għoljin tal-atmosfera li jiġu minn fuq il-Balkani.”

Madanakollu, il-paġna tgħid illi għalissa għadu kmieni wisq illi wieħed ibassar kemm din l-instabilità ser tkun intensa, u anke l-frekwenza tagħha, u għaldaqstant biex wieħed ikompli jaġġorna ruħu għandu jkompli jsegwi l-paġni tat-temp. 


Marija Bellia