Kien avveniment li ħafna kienu qed jistennew, iżda minħabba l-pandemija preżenti flok spiċċaw jitilgħu għaċ-ċertifikat bit-toga, numru ta' gradwati ġodda spiċċaw jiġbru ċ-ċertifikati tagħhom b'ilbies sportiv u differenti minn tas-soltu.

Iżda din is-sena differenti u sa ċertu punt speċjali. Fost dawk li temmew b'suċċess il-kors tagħhom insibu lil Mick Laus, it-tifel ta' Angie u Duane Laus. Angie xeħtet ritratt ma' binha fuq il-mezzi soċjali sabiex tawguralu u tgħidlu li tinsab kburija bih għax taf kemm ħadem biex wasal s'hawn.

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Mick u lill-istudenti kollha li temmew b'suċċess il-korsijiet tagħhom u ħa jkunu qed jirċievu ċ-ċertifikati ta' gradwazzjoni f'dawn il-jiem.

Facebook / Angie Laus


Emil Calleja Bayliss