Taryn nistgħu ngħidu li hi mżewqa b'ħafna talenti. Rajnieha bħala attriċi, rajnieha bħala preżentatriċi fuq ir-radju u anke t-televiżjoni u mhux l-ewwel darba li rajnieha f'xi riklam jew ieħor bħala mudella. Il-passjoni kbira tagħha huwa l-ivjaġġar u b'hekk iddeċidiet li tniedi proġett ġdid.
Proġett fejn ħa tibda żżomm blogg fuq l-ivjaġġar hi kitbet, "Iddeċidejt li nsegwi l-passjoni tiegħi għall-ivvjaġġar u fl-aħħar varajt il-blogg tiegħi... Int li dejjem urejtni daqstant imħabba u sapport u jien nixtieqerk tkun parti minn dan il-vjaġġ ġdid."
Awguri minn qiegħ qalbna Taryn.