Is-sit BBC ħabbar dwar George, tarbija ta’ biss ftit sigħat li fl-22 t'April instabet mill-pulizija abbandunata barra ġo kutra fl-Ingilterra. Il-pulizija intervjenew minnufih u appellaw lil omm it-tarbija, li għadu ma hemm l-ebda ħjiel min jista’ jkun hi.

Il-pulizija qalu li George kien "b'saħħtu u f’qagħda tajba" ġewwa l-isptar, iżda huma mħassba dwar il-kundizzjoni ta’ ommu. Il-pulizija jappellaw lill-omm biex juruha li qiegħda fi ħsiebhom u qed jittamaw li tinsab tajba.

gf

Ritratt: West Midlands Police

Aktar tard fuq sistema tas-CCTV ntlemhet mara miexja lejn in-naħat fejn instab George u fl-istess ħin. Malli tiġi identifikata ser tiġi mistoqsija jekk għandhiex xi ħjiel dwar l-omm.

Każijiet bħal dawn iġibu swied ta’ qalb, kemm għall-mod kif tispiċċa t-tarbija, u kif ukoll għall-kundizzjoni li taf tkun għaddejja minnha l-omm. 


Gwida.mt