Bjorn Formosa ħames snin ilu skopra li qed ibati mill-ALS wara numru ta' testijiet li kien għaddej minnhom. Hu qasam dan f'post fuq Facebook li xeħet ftit tal-ħin ilu. Jistqarr li kien ta' xokk għalih li kien għad għandu 28 sena imma minn dak iż-żmien lil hawn mexa 'l quddiem mill-mod ta' kif iħares lejn dan kollu.

Hu jgħid li din il-pandemija laqtgħet lil kulħadd u tidher bħala ostaklu bħal ma kienet ta' ostaklu meta skopra li jbati mill-ALS imma wieħed ma għandu jaqta' qalbu qatt, jidher kemm jidher diffiċli ż-żmien minħabba li fl-aħħar mill-aħħar it-tama terġa' tfeġġ.

Messaġġ mill-isbaħ u f'waqtu mingħand Bjorn. Inħeġġu lil dawk li jistgħu jkomplu jgħinu lil Bjorn u lill-fondazzjoni tiegħu sabiex jibqgħu mexjin 'il quddiem ħa jgħinu aktar u aktar pazjenti!

Facebook / Bjorn Formosa


Emil Calleja Bayliss