Ftit aktar minn 32,000 turist daħlu f'pajjiżna fix-xahar li għadda, ekwivalenti għal tnaqqis ta' 93%. Minħabba dan l-MIA talbet li tinħoloq app apposta li sservi ta' faċilità għat-turist biex jivvjaġġja lejn Malta.

Din l-app tippermetti lit-turisti jtellgħu d-dokumenti kollha meħtieġa, inkluż formola msejħa locator form, formola ta’ dikjarazzjoni tas-saħħa, riżultati tat-test tal-Covid-19 li juri li huma negattivi jew ċertifikati tal-vaċċin għall-verifika mill-awtoritajiet qabel ma jtiru Malta. L-app hawn tagħti sens akbar ta 'sigurtà u esperjenza sabiħa waqt il-vjaġġ tagħhom lejn Malta.

Is-CEO Alan Borg tal-MIA saħaq mas-sit Times of Malta li t-teknoloġija hi importanti immens biex il-konsumatur li ħa jivvjaġġja lejn Malta, jagħmel dan b'mod komdu u jerġa' jħossu sigur. Għandha tinħoloq din l-app? X'taħseb?


Kyle Zarb