II-kwistjoni tal-ħsejjes li nisimgħu minn mobiles f'postijiet pubbliċi qed tirita lil diversi persuni partikolarment f’postijiet pubbliċi bħal sptarijiet, kliniki u postijiet oħra fejn il-paċi u l-kwiet huma kruċjali.
Filwaqt li l-mobiles saru parti integrali mill-ħajja tagħna, il-livell għoli tagħhom jista’ jkun ta’ disturb għal oħrajn f’ambjenti fejn il-kalma hija meħtieġa. Fi sptarijiet u kliniki, għal eżempju, il-livell għoli ta’ ħoss jista’ jaffettwa l-kura tal-pazjenti u jżid l-istress għall-ħaddiema tas-saħħa.
L-istess japplika għal postijiet pubbliċi oħra bħall-bibljoteki u l-kafetteriji, fejn il-ħoss tal-imbierek mobile li jkollna f'idejna jista’ jinterferixxi mal-konversazzjonijiet u l-attivitajiet ta’ kuljum.
Taqbel li kieku jkun propost li jiġi impost regolamenti aktar stretti dwar il-ħsejjes tal-mobiles f’dawn l-ambjenti? L-għan huwa li jiġi żgurat li l-ħoss ma jkunx ta’ disturb u li l-ambjent jibqa’ kemm jista’ jkun kwiet.
Hekk kif l-użu tal-mobiles kompla jikber, huwa importanti li nħarsu lejn il-bilanċ bejn il-komunikazzjoni u r-rispett għal oħrajn fil-postijiet pubbliċi.