Permezz ta’ post fuq il-grupp ta’ Facebook, Rubs Puppy Love, raġel Malti ta l-opinjoni tiegħu dwar sptar b’xejn tal-annimali f’Malta, ħaġa li s’issa għad m’hawnx f’pajjiżna.

Dino Tabone qajjem dan il-punt billi sostna li “xbajna niġu misruqa” fejn qiegħed jirreferi għall-prezzijiet għoljin rigward is-saħħa tal-annimali. Sfortunatament mhux kulħadd jista’ jaffordja dawn il-prezzijiet.

Mijiet ta’ nies qablu ma’ dak li qal Tabone fejn bosta urew ir-rabja tagħhom rigward il-fatt li f’Malta m’hawnx sptar tal-annimali b’xejn.

Xi nies argumentaw kontra din l-opinjoni fejn qalu li jekk jiġri dan se jispiċċaw jogħlew it-taxxi u b’hekk xorta se jiġu affetwati n-nies.

Int x’taħseb dwar dan?


Charlton Cefai