Meta l-mużika tkun ġo fik, tagħmel minn kollox sabiex tgħaddiha lil dawk qrib tiegħek. Glen Sacco, li dan l-aħħar sar missier sab mod ideali kif ilaqqa’ l-passjoni tal-mużika ma’ dan l-irwol ġdid f’ħajtu. Hu fatt li ħafna tfal jieħdu gost b’numru ta’ taqbiliet, infatti wieħed isib dawn it-taqbiliet u għanjiet tradizzjonali f’diversi lingwi.

Ħafna drabi l-ġenituri jisimgħu dawn matul il-ġurnata sħiħa għax it-tfal jieħdu gost bihom, sabiex Glen ma jiddejaqx jisma’ l-istess ħaġa beda jakkumpanja dawn it-taqbiliet hu stess fuq kitarra. Milli jidher iċ-ċkejken Leigh jieħu gost b’missieru jdoqq allura Glenn malajr sab is-soluzzjoni. Glen jgħid li jixtieq li t-tifel tiegħu jsir iħobb il-mużika bl-istess passjoni li għandu hu.

Hu qalilna li tista’ tgħid hu osessjonat bil-kitarra. Minn età żgħira ħa jkun imrawwem fil-mużika jiġifieri hemm ċans tajjeb li ċ-ċkejken isir iħobb l-istess arti ta’ missieru. Minn hawn nawguraw lil Glenn biex ikompli joħroġ b’aktar verżjonijiet ta’ taqbil u għanjiet tradizzjonali oriġinali. Ninsabu kurjużi sabiex naraw aktar.


Emil Calleja Bayliss