L-Unjoni Ewropea qed tikkunsidra li tipproponi projbizzjoni fuq is-sigaretti u t-tipjip f’żoni pubbliċi bħala parti minn sforzi biex titjieb is-saħħa pubblika. Il-pjanijiet jinkludu restrizzjonijiet aktar stretti fuq it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk u żoni mingħajr rwejjaħ tat-tabakk, bħalma huma l-barijiet u ristoranti li għandhom post fuq barra, u żoni pubbliċi oħra bħal bandli, żoos u saħansitra bus stips. L-għan hu li titnaqqas ir-rata ta’ mard marbut mat-tipjip, inklużi mard respiratorju u kanċer, kif ukoll it-tniġġis fl-arja.
Il-proposta qed tiġi diskussa f'livelli għoljin ta’ politika fl-UE, b'din ir-rakkomandazzjoni saret proprju t-Tliea li għadda mill-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Ikel, Stella Kyriakides. Il-benefiċċji għas-saħħa u l-ambjent ikunu ferm ikbar mill-isfidi li jistgħu jinqalgħu. Din il-proposta tista’ tbiddel il-mod kif in-nies iħarsu lejn it-tipjip madwar l-Ewropa. L-għan hu li minn 25% ta' nies li jpejpu, l-persentaġġ jinżel għal 5% sal-2040.