Ilbieraħ iċċelebrat għeluq sninha, il-poetessa Maria Grech Ganado. Għal dawk li ma jafux Maria tiġi omm il-personalità lokali Xandru. Ilbieraħ Maria għalqet 78 sena u f'dan il-jum speċjali ħalliet messaġġ ta' ringrazzjament.

Hi qalet, "Grazzi lil kulħadd - qed nikteb... biex nirringrazzja lill-ħbieb barranin kollha tiegħi wkoll - Ġejt mimlija bix-xewqat u l-imħabba u ta’ 78 sena m’għadx għandi l-enerġija biex nirringrazzjakom ilkoll personalment."

Hi tkompli tgħid, "Kelli ġurnata sabiħa - ikla ma' wliedi u tant pożittività li aħjar nidħol norqod qabel ma tegħleb anke lili, li ġeneralment hekk jiġri. Grazzi, grazzi, grazzi."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Maria f'dan il-jum speċjali u nittamaw li jkollha sena mill-aqwa!


Emil Calleja Bayliss