Kull min hu fix-xena tal-ispettaklu, tista' tgħid kulħadd ġralu xi ħaġa li jibqa' jiftakar. Jade Vella fil-ġimgħat li għaddew kienet qed tilgħab kontra missierha Ian fil-programm D BBQ SHOW ta' Malcolm Pisani.
Hemm irrakkontat ġrajja kemxejn imbarazzanti! Jade tgħid li meta kellha sitt snin, ommha kienet staqsietha jekk għandhiex bżonn tmur tagħmel il-bżonnijiet tagħha, staqsietha dan għax inserta jum tassew kiesaħ!
Jade kienet qaltilha li issa tagħmel wara li tlesti mill-kant, iżda ma felħitx tissapporti u waqt li qed tkanta spiċċat għamlet taħtha. Hi tant kemm kienet stħat li niżlet tiġri minn fuq il-palk bil-mistħija.
Kulħadd b'xi praspura meta kien żgħir imma ta' Jade spiċċat kienet fuq palk.