Tamara tgħid li rari tilbes libsa qasira fis-sajf għax ma tħosshiex komda. L-influencer tkompli tgħid li n-nies jaħsbu li hi kunfidenti f’kollox imma tagħti din l-impressjoni għax tħobb lilha nnifisha! Tgħid li hi kunfidenti b’dak hi illum, imma dan ma jfissirx li dejjem tħossha kunfidenti kif tidher u b’dak li tilbes.

Tamara tgħid li ħafna drabi nisimgħu l-kliem “Kun Kunfidenti! Aġixxi B’Mod Kunfidenti!” Imma l-kunfidenza mhux tħossok faqa b’xi shorts jew dublett qasir, mhux li timxi bil-bikini ħdejn il-baħar u lanqas ma tiġi jekk tilbes libsa li tiswa ħafna flus. Jekk m’intx komda tagħmel dawn l-affarijiet ma jfissirx li int fraġli!

Ritratt: Instagram / Tamara Webb

Il-kunfidenza tfisser titgħallem kif tħobb lilek innifsek u dak li sirt. Il-kunfidenza hija meta tieħu gost tiddiskuti mingħajr ma jiddispjaċik. Il-kunfidenza hi li tkun taf fiex int b’saħħtek u wkoll fiex int dgħajjef. Il-kunfidenza hi li temmen fil-valura tiegħek innifsek u fl-abbilitajiet tiegħek.

Dawn iż-żewġ ritratti mill-midja soċjali ta’ Tamara kellhom reazzjoni pożittiva ferm. Ħafna bdew jixxerjawhom mal-ħbieb tagħhom u jaqsmu dal-messaġġ ta’ pożittività ma’ sħabhom. Kultant ma naħsbux fl-aktar affarijiet sempliċi li jgħinuna ngħixu ħajja aktar trankwilla.

Ritratt: Instagram / Tamara Webb

Nistgħu inserħu ras Tamara li tidher tajba mmens f'din il-libsa, iżda tajjeb li taqsam ħsibijiet bħal dawn mas-segwaċi tagħha għax ċertament li jgħinu lil dawk li għandhom bżonn jgħixu b'mod kunfidenti!

Instagram / Tamara Webb


Emil Calleja Bayliss