Francesco, Taljan minn Salento li joqgħod Malta, jaqsam mas-segwaċi tiegħu fuq Instagram ħafna mill-vjaġġi li jagħmel bil-mutur. Illum, waqt li kien sejjer lejn id-direzzjoni tal-Imsida, lemaħ warden tat-traffiku u ddeċieda li jinteraġixxi miegħu. Dan qareb lejh bil-mutur, sakemm missu jdejn xulxin bħala sinjal ta’ rikonoxximent.
Il-warden tbissem b’din l-interazzjoni, u Francesco kompla jsuq u jiġbed il-filmat tal-vjaġġ li kien qiegħed jagħmel.