L-attur Keith Richard meta kien iżżewweġ ġratlu waħda tinkiteb. Bħal ħafna koppji oħra, Keith u l-mara tiegħu kienu ddeċidew li jagħmlu after party iżda ma kienx qal lil kulħadd b'dan l-after party. Milli jidher ix-xewqa ta' Keith kienet li jżomm dan il-party bejn ftit ħbieb viċin u tal-familja. Insomma ikalkula li jkollu madwar 80 persuna bejn wieħed u ieħor.

Li ġara, kien li kif tal-band lestew is-sett tagħhom fuq il-mikrofonu avżaw li issa kulħadd hu mistieden li jmur għal dan l-after party u n-numru ta' 80 persuna madwar żdied għal madwar 350! Keith fuq Ħadd Għalik li jmiss, jirrakonta kif dan l-imbierek after party spiċċa ġie jiswa aktar mit-tieġ innifsu. Irranġah tal-band waħda sew!

Keith Richard ħa jkun qed jilgħab fit-tim ta' Sander flimkien ma' Kenneth Cortis u Maria Sciberras filwaqt li kontrihom ħa jkunu qed jilagħbu t-tim ta' Daniel, li jikkonsisti minn Christian Briffa, Daniel Attard Portughes u Ronald Briffa. Id-Danusan għal dan il-programm ħa jikkompetu waħda u sew.

Facebook / Keith Richard


Emil Calleja Bayliss