LI jkollok nanniet li jgħixu viċin huwa importanti ferm mill-att soċjali. Illum, aktar minn qabel in-nanniet għandhom importanza kbira fil-familja. Minbarra l-fatt li jgħaddu imħabba liema bħala lit-tfal, ħafna minnhom jispiċċaw jieħdu ħsieb lit-tfal bl-aktar mod responsabbli meta l-ġenituri jkunu xogħol.
Studju li sar riċenti kkonferma li dawk it-tfal li jgħixu qrib in-nanniet tagħhom u jarawhom ta’ spiss huma ixxurtjati mmens għax jikbru aktar kuntenti u jgħixu ħajja aktar serena. Dan minħabba l-fatt li n-nanniet barra li huma preżenti u juruhom ħafna mħabba, huma jikkonċentraw l-aktar li jaraw lin-neputijiet jieħdu gost b’logħob varjat, l-aqwa li jkunu kuntenti.
Ritratt: Instagram / Safe365_en
Dawk li kibru man-nanniet tagħhom iġorru magħhom ċertu tifkiriet u użanzi għal għomorhom. Kultant taf tkun sempliċiment riħa jew ikla partikolari. In-nanniet jirrapreżentaw il-qofol tal-familja u dak jakkumpanjak ħajtek kollha. Professur mill-Università ta’ Oxford qal li minn studju li għamel joħroġ biċ-ċar li dwk li kibru man-nanniet kienu aktar siguri f’ħajjithom minn dawk li ma kellhomx din ix-xorti.
Is-sigurezza fl-emozzjoni u l-attitudni pożittiva tolqot l-aspetti kollha tal-ħajja. Din tidher ċar, meta familja tkun għaddejja minn xi divorzju jew ġlied, in-nanniet jieħdu rwol vera importani f’sitwazzjonijiet bħal dawn. Ħaġa toħroġ ċara, li barra li n-nanniet huma importanti għat-tfal, għandhom irwol importanti għal familja kollha.