Is-Sajf huwa l-aktar staġun li fih isir serq residenzjali, hekk kif ħafna familji jagħmlu l-vaganza tas-sena, f’dawn ix-xhur.

Ex-ħalliel jagħti ftit punti ta’ wieħed x’għandu jagħmel biex jipproteġi daru u dak kollhu ta’ ġo fiha.

Li ssakkar il-bibien u t-twieqi kollha, huwa l-aktar pass ovja, iżda jekk m’għandekx purtieri, neħħi kull ħaġa ta’ valur li tkun viżibbli mit-twieqi tal-livell ta' mat-triq.

Pass ieħor ovja huwa dak li tattiva s-sistema tal-alarm jew inkella tgħid lill-ġirien iżommu għajnejhom fuq il-propjeta’ tiegħek.

Iżda lil hinn minn dan, x’kienu l-punti l-oħrajn li ex-ħallelin żvelaw sabiex jipprevenu li jkun hemm vittmi ġodda?

Wieħed minnhom jgħid li l-aħjar postijiet biex taħbi ġojjelli u affarijiet prezzjużi huma fil-kaxxi tal-ikel u fil-kmamar tas-sodda tat-tfal. Dan għaliex jidher li dawn huma l-aħħar postijiet li jiġu mfittxija, bl-aktar postijiet popolari jkunu kxaxen u komodini, mal-borom u taġnijiet, u kaxxa forti li ma tkunx sigura mal-ħajt jew mal-art. Għalhekk speċifikament, l-aħjar taħbi f’kaxxi taċ-ċereali, pakketti tal-għaġin jew f’kaxxi tal-ġugarelli tat-tfal. Idea oħra fejn tista’ taħbi huwa fil-kaxxi tad-DVD’s!

View this post on Instagram

A post shared by Marindi Fourie (@busybeeboards) on

Iżda qabel dan kollhu, dawk li jkunu qed jimmiraw biex jisirquk, kif ikunu jafu li mhux ser tkun id-dar?

Huwa stmat li bejn wieħed u ieħor, ħallelin idumu max-xahrejn jistudjaw dar qabel jattakawha. Il-kaxxa tal-posta li fiha jinġemaw l-ittri u karti oħra huwa l-aktar sinjal li juri li d-dar mhux abitata. Sinjal aktar ċar milli kieku tħalli l-purtieri magħluqa, jew li l-karozza ma tkunx ipparkjata fil-post tas-soltu.

View this post on Instagram

A post shared by Tyler Varsell (@tylervarsell) on

Id-dawl jilgħab parti mportanti sabiex tagħti l-illużjoni li tinsab ġewwa dahrek. Ixtri tagħmir li jixgħel id-dawl f’ħinijiet speċifiċi filgħaxija biex b’hekk tagħti x’tifhem li hemm persuna ġewwa d-dar li qed jixgħel u jitfi d-dawl.

Jekk dan is-Sajf għadek ser issiefer, nissuġġerixxu li tagħti każ dawn il-punti, għaliex wara kollox min ikun ħawwad fil-borma jkun jaf x’fiha!


Luke Borg