Illum, Megan May Caruana tagħlaq 22 sena. Mimlija b'talenti kbar, Megan hija kantanta, tikteb id-diski kif ukoll coach fil-kant. L-avventura tal-kant ta' Megan bdiet minn kmieni - iddoq il-pjanu minn meta kellha 7 snin u tkanta wkoll professjonalment minn meta kellha 14-il sena. 

id-dedikazzjoni tagħha f'din l-arti għamlitha li hi llum, li hi waħda mill-kantanti b'vuċi sabiħa u b'talent kbir. Megan ħadet il-fama minn meta ġiet rikonoxxuta f'X'factor Malta, parti mill-grupp ta' FAITH (Five Are In The House). Fejn hawn uriet il-vuċi versatilli u vibranti tagħa bil-preżenza tagħha fuq il-palk. Issa li hija coach tal-kant , megan tkompli tispira ħafna nies filwaqt li tkompli taspira ruħha biex tikteb id-diski hi. 

Mingħand it-tim tal-Gwida, aħna nixtiequ nawguraw lil Megan f'din il-ġurnata speċjali tagħha! 


Prisiah Schembri Fava