Bħal-lum 30 ta' Diċembru twieldet l-attriċi Louise Cassar, li żgur tiftakruha fis-sensiela popolari Santa Monica. Fil-fatt hi magħrufa l-iktar għall-irwol tagħha ta' Doris f'din is-serje televiżiva.
Louise kienet dehret fih mill-ewwel staġun fl-2005 sal-aħħar staġun fl-2018. Rajnieha ukoll f'diversi produzzjonijiet televiżivi bħal, Kuġini, Qalb in-Nies, Tereża, u Il-Misteru tan-Nannu Ton. Kienet ukoll fuq ir-Redifussion meta kien sar Id-Dar tas-Soru.
L-attriċi għandha tlett itfal ma' żewġha Simon, it-tlieta li huma kantanti tal-opra: Andrew u t-tewmin Karl u Josef. Hija wkoll nanna ta' tlieta. Awguri minn qalbna Louise!
Facebook/ Louise Cassar