Illum huwa jum għeluq snin l-attriċi lokali bravissima u maħbuba Jane Marshall. Lil Jane bla dubju rajnieha f'għadd kbir ta' produzzjonijiet, kemm teatrali kif ukoll dawk televiżivi.

Jane ħadet sehem f’diversi serje televiżivi li baqgħu imsemmija fosthom F'Baħar Wieħed, Il-Madonna taċ-Ċoqqa, One Star Hotel, Undercover u Ipokriti. Produzzjoni ta' suċċess li xxandret madwar 7 snin ilu u li rajnieha fiha lil Jane hi Strada Stretta, fejn ħadmet il-parti ta' omm Lydia (Taryn Mamo Cefai).

Ħafna persuni awgurawlha l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali għaliha fuq il-midja soċjali. It-tim ta’ Gwida.mt ukoll jawgura l-isbaħ xewqat lil Jane f’jum għeluq sninha. Nixtiqulek ħafna saħħa, hena u affarijiet sbieħ illum u dejjem!

Facebook/ Jane Marshall - Reno Rapa


Kyle Zarb