Georgina Abela twieldet bħal-lum f’Ħal Qormi, u hija kantanta. Ħafna Maltin jafuha għad-diversi drabi li ħadet sehem fil-Eurovision Song Contest, kemm bħala kantanta, backing vocalist, u kompożitriċi. Hi miżżewġa lil Paul Abela, kompożitur ukoll.

Fl-1991 intgħażlet biex tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision f’Ruma, f’dwett ma’ Paul Giordimaina bid-diska ‘Could it Be’, u kienet l-ewwel diska li Malta daħlet biha għal din il-kompetizzjoni wara waqfa ta’ 17-il sena. Fis-sena ta’ wara, ikkomponiet id-diska ‘Little Child’ u fl-1996 ħadet sehem bħala backing vocalist f’ ‘In a Woman’s Heart’.


Nicole Zammit