Nicholas huwa raġel li juri imħabba u rispett lejn kulħadd, u dejjem issibu hemm biex jifraħ għal ħaddieħor. Illum hi ġurnata speċjali fil-familja tiegħu hekk kif membru fil-familja, Auntie Doris, tagħlaq l-eta sabiħa ta' 100 sena!

Nicholas xerred ritratt mill-isbaħ tagħha kif ukoll messaġġ mill-qalb f'isem il-familja kollha tagħha f'Malta. "Illum hija ġurnata speċjali ħafna għall-familja tagħna. Awguri fl-għeluq il-100 sena liż-zija Doris. Aħna nħobbuk ħafna"

Awguri mill-qalb!


Kyle Zarb