Tiskanta kif ġo daqsxejn ta’ żewġ gżejjer għandna diversi differenzi bejn il-kliem li nużaw. Kif bosta jafu, hemm ċertu kliem li jużaw l-Għawdxin li l-Maltin ma jużawx u viċi versa.
Hija esperjenza ta’ kull Għawdxi possibli li meta jkun f’konversazzjoni ma’ xi Maltin jgħid xi frażi bħal ‘mejt’ jew ‘qed nirgħex’ u bosta Maltin jibqgħu jħarsu lejh. Kliem ieħor jintuża f’ kuntest differenti bħal ngħidu aħna ‘ċombini’ li għall-Maltin il-kelma teknika hija labar tal-inxir.
Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Seħer il-Malti qalu, “Tafu xi kelma jew espressjoni tal-Għawdxin li l-Maltin ma jużawhiex, jew bil-maqlub? Ingħaqdu magħna fil-programm li jmiss. Tinsewx li, minn din l-iskeda, nibdew fl-10:30am. Nistennewkom!”