Il-Kantanta bravissima Priscilla Psaila llum qed tiċċelebra għeluq sninha. Iżda lil Priscilla llum ħafna jafuha bl-istage name tagħha: Kaya. Wieħed isaqsi kif ġie dan l-isem?! Kollox imur lura għas-sena 2011 meta kienet mistiedna tkanta fil-Couture Fashion Week fi New York.

Skond Kaya din l-opportunità ġietha bla ħsieb f'mument li tant kellha bżonnha għaliex kienet xi ftit diżappuntata li m'għaddietx għall-finalis tal-Malta Song For Europe ta' dik is-sena. F'intervista li kienet tat, Kaya qalet li inċidentalment iltaqgħet ma' William Camilleri; iben il-Professur Charles Camilleri li kien kompożitur ċelebri u internazzjonli li kien offrielha l-kanzunetta 'Timeless'; kanzunetta li kienet miktuba minnu stess.

Minn hemm twieled l-isem ta' Kaya għaliex it-tim li kien magħha fi New York ħeġġewha li jkollha 'stage name' biex apparti l-impatt li tħalli fuq l-udjenza b'leħinha, tagħmel dan ukoll b'isimha. Illum nawgurawlek f'għeluq sninek Kaya! Xewqat sbieħ mingħandna lkoll!

Żewġha Antonio Giordano wkoll awguralha fuq facebook fejn qalilha li kull sena li tgħaddi, iħossu ffortunat li għandu lilha. Xi ħlew!

F'dan il-filmat naraw lil Kaya tkanta 'First Time' fil-Malta Eurovision tal-2012.

Ritratt: Facebook/ Kaya Malta


Clifford Galea