Fil-grupp Nostalgia Malta l-membri jaqsmu bejniethom ġrajjiet li kienu għaddew minnhom żmien ilu, jew affarijiet li kienu jintużaw snin ilu. B’hekk iqanqlu nostalġija!
Ray Pace qasam mal-membri ta’ dan il-grupp filmat ta’ missieru. Missieru jaf iqabbel u anke jikteb il-poeżiji! Robbie Pace minn tas-Sliema jikteb xi versi ispirati minn dak li jgħaddi minnu u dak li jiġri madwaru.
Ritratt /Ray Pace
Fil-filmat naraw lil Robbie jgħid poeżija ħelwa mill-pinna tiegħu stess. Din il-poeżija hija ispirata minn xogħlu fir-raba’ u l-ħajja sempliċi u tradizzjonali li kienu jgħixu ħafna bdiewa Maltin.
Għalkemm hu xogħol ta’ tbatija, Robbie xorta waħda jħossu b’saħħtu u jirringrazzja lil Mulej. Il-poeżija ta' Robbie tassew għoġbitna! Iddeċidejna li nitraskrivu l-aħħar strofa ta’ din il-poeżija miktuba minn Robbie Pace:
“F’idi mgħażqa u fuq spallti zappuna
naħdem u nbati biex naqla’ l-għixien,
inħossni b’saħħti daqs blata.
Grazzi Kbir Alla nitolbok bil-ħniena,
li nerġa’ nqum ’l għada!”
Kemm hi xi ħaġa sabiħa t-tradizzjoni orali! Filwaqt li f'isem Gwida.mt ngħidu prosit lil Robbie ta' din il-poeżija ħelwa, nixtiequ nirringrazzjawh talli qed iżomm it-tradizzjoni orali ħajja!
Facebook / Ray Pace