Hija ħasra li ħafna mit-tradizzjonijiet Maltin qed imutu! Hemm bżonn li kemm jista’ jkun inħalluhom ħajjin għax apparti li huma sbieħ immens, jagħmlu parti mill-kultura sabiħa tagħna!
Minħabba l-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu fiha, rari għadek tara lil xi ħadd jaħdem xi ħaġa bl-idejn. Iżda din il-mara Għawdxija iva! Ħarġet siġġu barra, it-trajbu u ċ-ċombini u qagħdet taħdem il-bizzilla fid-dawl tal-Bambin. Kemm hi sabiħa s-sempliċità!
Sfortunatament illum il-ġurnata din is-sengħa, li twieldet fil-gżira Għawdxija ma tantx għadha tintuża. Jista’ jkun minħabba li ma tantx fadal min jaf jaħdimha. X’ħasra hux! Però f'Għawdex għadek issib xi nisa li għadhom jaħdmu l-bizzilla.
Żmien ilu l-bizzilla kienet popolari mmens mal-Maltin u l-Għawdxin, speċjalment fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann. Il-bizzilla kienet tintuża wkoll biex iżejnu l-knejjes, fost diversi użi oħra.
Kemm hi xi ħaġa sabiħa li nżommu t-tradizzjonijiet ta’ pajjiżna ħajjin! Kellu bżonn ikollna aktar min jgħożż dawn is-snajja’!
Instagram / @sarah_whereto360