Il-Karnival jinsab magħna, u ħafna qed jippreparaw il-kostumi tagħhom. Personalità li kemm-il darba rajnieha tilbes xi dehra mhux tas-soltu huwa l-preżentatur maħbub Ron. Lura meta kien jixxandar Serataron lil Ron rajnieh b'diversi dehriet differenti, fosthom ta' Damiano David ta' Måneskin.
Fi żmien Ron De Vu, Ron kien iddedika xi programmi għall-Karnival u saħansitra f'wieħed minnhom rajnieh liebes ta' astronawta. It-tim ta' XOW, li qed jixxandar fl-iskeda ta' din is-sena, staqsa lill-pubbliku dwar il-kostum li jmiss għal Ron.
"Ta' xix taħseb li ser inlibbsu lil Ron Briffa tal-Karnival. Ikkummenta... Niżvelaw illum fil-17:00!," jiktbu fuq il-paġna. X'taħsbu intom?
Facebook/ Ron De Vu