Iċ-ċkejkna Eliza Portelli; bint is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli qed tħejji għall-Istrina. Imma kif?

Eliza bdiet proġett is-sena li għaddiet fejn iddisinjat żewġ ‘Tea Towels’ (srievet) u l-ordnijiet ma waqfux, bid-dħul mar għall-Istrina. B'kollox ġabret €2,040 li Eliza stess ippreżentat lill-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca.

Hekk reġgħet qed tagħmel din is-sena fejn Julia stqarret magħna li qed tagħtieha daqqa t’id mal-ħafna xogħol li għandha billi anke għenitha twaqqaf paġna apposta fuq facebook ħalli Eliza jkollha kollox organizzat u b’hekk ikun aktar faċli għall-pubbliku biex jagħmel l-ordni tiegħu.

U l-ordnijiet jidher li deħlin sew, saħansitra anke minn Spanja. B'kollox Eliza għandha 600 sarvetta għall-bejgħ u diġà biegħet terz minnhom.

Eliza qaltilna li tħobb tpenġi bil-kuluri kif ukoll li tnissel tbissima fuq wiċċ ħaddieħor.

Xi Ħlew fik Eliza!!! Verament ġest sabiħ u oriġinali minn tifla ċkejkna biex tgħin lil ħaddieħor.

Ritratt: Eliza Portelli Tea Towels/ Facebook


Clifford Galea