Il-paġna ta' Gadgets għadha kif ħabbret dwar żvilupp li se jsir fuq Whatsapp u kif sippost ħa jagħmilha iżjed faċli biex wieħed joħroġ minn grupp fejn qed jitkellmu ammont kbir ta' nies.
Ħafna tiġrilhom li jkunu jixtiequ jitilqu minn xi grupp ta' Whatsapp jew pjattaformi oħra, iżda wara tibda tħossok dehert ħażin. Madankollu issa jekk titlaq minn konverżazzjoni ta' Whatsapp mhux se jkun qed jindika lill-oħrajn li tkun tlaqt, u l-parteċipanti l-oħra mhux se tidhrilhom.
Madankollu milli jidher l-amministratur u min jikkontrolla l-konverżazzjoni jista' jkun jaf li tkun tlaqt. X'taħseb dwarha din?