Jidher li f'ħafna pajjiżi inkluż f'Malta, għadha tabu l-kultura li jkun hemm bank apposta għall-ommijiet biex ireddgħu lit-trabi tagħhom fil-pubbliku. Il-Belġju jkisser dan it-tabu u jkun l-ewwel pajjiż li jippermetti li jsir bank apposta għall-ommijiet.

Bosta ommijiet isibu diffikultà biex ireddgħu lit-trabi tagħhom bil-kumdità waqt li jkunu barra fil-pubbliku. Fil-Belġju kienet ilha permessa bil-liġi li omm tredda lit-tarbija tagħha fil-pubbliku, madanakollu kien għad hawn uħud li ma jħossuhomx komdi jagħmlu dan. L-awtoritajiet Belġjani jifhmu li omm kapaċi jkollha l-bżonn li tisqi l-ħalin lit-tarbija ikun fejn ikun, jew inkella jista' jkun li t-tarbija ma tissaportix l-għatx.

L-istess bank, iddisinjat minn Leda Devoldere, joffri spazju fin-nofs fejn l-omm anke tbiddel lit-tarbija, kif ukoll hemm post ieħor għal persuna oħra biex takkumpanja lil dik l-omm. Il-bank huwa tajjeb jekk l-omm tkun mal-missier biex b'hekk ikun jista' jpoġġi fuq il-bank in-naħa l-oħra wkoll. Teżisti anke mappa li turi żoni f'Belġju fejn omm tista' ssib fejn tredda lit-tarbija.

Taqbel li f'Malta wasal iż-żmien li jkollna bank bħal dan? Jekk int omm ta' tarbija, tasal tagħmel użu minn din il-faċilità?


Kyle Zarb