Intervistat waqt TVAM, il-moħħ wara s-sensiela TA' GERIT isemmi kif fil-bidu kien hemm ħsieb li jinkitbu biss 13-il episodju, biss tant kemm din il-produzzjoni ntlaqgħet tajba mill-udjenza Maltija, sal-lum il-ġurnata diġà saru tlett staġuni.

Id-direttur u kittieb Desier Debono jisħaq li s-serje hija msejsa fuq ir-realtà u għalhekk stqarr li kien faċli għalih sabiex iwessa l-istorja b'iktar episodji għaliex fir-realtà tal-ħajja l-istejjer ma jintemmu qatt.

Is-serje TA' GERIT qed tixxandar kull nhar ta' Tnejn fid-21:15 fuq TVM. S'issa xxandret l-ewwel puntata mit-tielet staġun. 

Intom qed issegwu?


Cristian Tonna