Is-sensiela bl-isem Il-President li qed tixxandar fuq Tokis stazzjon numru 100 fuq GO qasmet fuq il-mezzi soċjali l-kanzunetta Taħfirli. Kanzunetta li tesplora tema verament b'saħħitha, it-tema ta' dawk li jispiċċaw rikoverati fil-ħabs wara li jkunu wettqu xi reat jew ieħor. Isimgħuha billi tagħfsu HAWN u għidulna x'taħsbu!

Is-silta ġġib l-isem, Taħfirli. Titlu b'saħħtu mmens fejn il-kanzunetta tesplora sitwazzjonijiet varji li l-priġunieri jgħixu waqt li jkunu maqfulin. Dawn jispiċċaw iġġudikati minn diversi nies fis-soċjetà. Uħud minnhom jitilfu mumenti tassew prezzjużi minħabba l-iżbalji li jkunu wettqu.

Il-pruġinieri jgħaddu minn diversi kunflitti interni u dawn joħorġu fil-kanzunetta bi kliem dirett u għall-punt. B'hekk il-kanzunetta ġġib l-isem ta' Taħfirli. Hemm l-idea li l-ħabs qisu xi lukanda iżda l-kanzunetta tagħmilha ċara li dan mhux minnu.

Fuq il-mezzi soċjali GO jaqsmu, "Hawn hi l-kanzunetta oriġinali ‘TAĦFIRLI?’ bi kliem ta’ Peppi Azzopardi u mużika ta’ Philip Vella li nkitbet għall-episodju ta’ nhar it-Tnejn ta' IL-PRESIDENT fid-20:40 fuq TOKIS (stazzjon nru. 100). Skopri l-istorja kollha wara din il-kanzunetta! https://www.go.com.mt/tv/il-president/"


Emil Calleja Bayliss