It-talent sabiħ li tarah jifjorixxi u jikber imma hawn ukoll min jitwieled bih. L-istorja ta' Ben hija tassew prova ta' dan. Is-sena li għaddiet waqt li t-tfal kienu d-dar wara li l-pandemija żammithom 'il bogħod mill-iskola, għaddejjin bil-lezzjonijiet online, iċ-ċkejken Ben irnexxielu jikteb kanzunetta.

Iċ-ċkejken ma għandu ebda taħriġ fil-mużika jew fil-kant iżda rnexxielu joħloq lirika u melodija f'moħħu. Kienet kanzunetta emozzjonali ħafna dwar is-sentimenti u r-rabta tiegħu mal-kelb tiegħu fin-nuqqas li ma bediex jiltaqa' ma' sħabu. Mhux l-ewwel darba waqt li qed jagħmel ix-xogħol tad-dar, il-ġenituri tiegħu kienu jisimgħu lil Ben jagħmel ħsejjes minn taħt l-ilsien.

Ben kien qed jipprova jgħaddi l-emozzjonijiet tiegħu f’xi ħaġa pożittiva, permezz tal-mużika u l-ħsibijjiet li kellu f'moħħu rnexxielu jdawwarhom f'kanzunetta. Il-ġenituri tiegħu fehmu li din kienet xi ħaġa tassew speċjali u fortunatament sabu d-duo ta' Songsmith Dav.Jr u Matthew James Borg li raw il-potenzjal f'Ben sakemm il-kanzunetta kien maħduma professjonalment.

Ftit xhur, il-ġenituri ta' Ben, iltaqgħu ma' kompetizzjoni bl-isem ta' Song Academy UK 2021 Songwriting Competition u ħadu ċans. Ma tantx kellhom aspettativi iżda l-kanzunetta ta' Ben bl-isem ta' Talk spiċċat għamlitha mal-aħħar 10 fil-lista tal-Kategorija Internazzjonali għat-tfal fl-età tiegħu.


Emil Calleja Bayliss