Ħafna pajjiżi li ser jieħdu sehem fil-World Cup qed juru d-diżappunt tagħhom dwar kif jimxu l-affarijiet fil-Qatar, speċjalment minħabba l-ksur tad-drittijiet umani.
Bħala reazzjoni għal dan, il-FIFA bagħtet ittra lill-pajjiżi li ddiżappuntathom sew. F’din l-ittra, li kienet iffirmata mill-President tal-FIFA Gianni Infantino u s-Segretarju ġenerali Fatma Samoura ntqal biex il-pajjiżi jiffukaw fuq il-futbol u li għalkemm jafu li hemm diversi sfidi u diffikultajiet madwar id-dinja, talbu biex ma jħallux il-futbol jiddaħħal f’dawn il-kwistjonijiet.
Diversi pajjiżi qalu li din it-talba mill-FIFA mhux ser tbiddel ir-rispons tagħhom għal dak li qed isir u xorta se jibqgħu jsemmgħu leħinhom
Facebook / FIFA