Persuna li kienet waqt hiking lejn Fomm ir-Riħ, lemhet kelba mitluqa weħidha u possibilment abbandunata qalb il-blat. Il-kelba dehret imweġġa’ u anke imbeżża’. 

Tikteb li hemm ċans kbir li l-kelba ilha abbandunata hemm għal ġranet sħaħ. Il-persuna preżenti ċemplet minnufih għall-għajnuna fejn ġew rapreżentanti mill-Animal Welfare u aktar tard żewġ membri mill-Protezzjoni Ċivili.

Dawn iż-żewġ membri ħadu battikata iżda rnexxielhom jinżlu għall-kelba u jiġbruha biex jieħdu ħsiebha. Il-persuna xtaqet ixxerred dan il-każ biex turi l-gratitudni lejn id-dedikazzjoni u l-qalb tad-deheb ta’ ħaddiema bħal dawn, li jagħmlu minn kollox biex joffru s-servizz u l-għajnuna tagħhom. 

Minn qalbna ngħidu prosit lil kull min jiddedika tant enerġija u ħin f’ħajtu biex la nies u lanqas annimali ma jbatu.


Kyle Zarb